Kollox għadda b’wiċċ il-ġid wara li ajruplan tal-kumpanija Ryanair li kien fi triqtu lejn Malta minn Liverpool, għamel inżul ta’ emerġenza fl-ajruport ta’ Palermo. Dan wara li passiġġier ħassu ma jiflaħx u kellu bżonn assistenzamedika immedjata.
Jidher li l-ajruplan kien mistenni jasal Malta fl-10:15am. U issa, il-wasla tiegħu ġiet posposta b’siegħa u nofs sakemm l-awtoritajiet fi Sqallija taw il-barka tagħhom biex l-ajruplan iħalli l-mitjar.
Fuq din it-titjira kien hemm għadd kbir ta’ Maltin li fi tmiem il-ġimgħa kienu fir-Renju Unit għall-partita bejn Liverpool u Manchester City.
//= $special ?>