“Kien jgħid li għandu diżabbiltà severa – waqt li kien ix-xufier tas-Segretarju Parlamentari”
Eks xufier u canvasser tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali fl-Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru, Andy Ellul mistenni jitressaq il-Qorti akkużat bl-involviment tiegħu fir-racket tal-benefiċċji soċjali.
F’dak li qed titqies bħala kriminalità organizzata li l-canvasser tas-Segretarju Parlamentari u eks Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista – Roger Agius mistenni jkun mixli b’lista twila ta’ akkużi fosthom ħasil ta’ flus.
Flimkien miegħu se jkun qed jitressaq ukoll it-tabib tal-familja u eks Deputat Laburista Silvio Grixti fl-irwol tiegħu f’din il-kriminalità organizzata.
Raporti fuq il-ġurnal Times of Malta qed jindikaw li l-evidenza qed turi li Grixti provda dokumenti foloz lil persuni, ġeneralment ġejjin minn lokalitajiet meqjusa bħala Labour, bil-għan li jirċievu madwar €450 fix-xahar…għal kundizzjonijiet u diżabbiltajiet li ma kellhomx.
Inizjalment Agius kien canvasser ta’ Silvio Grixti nnifsu….qabel ma kien ordnat jgħin lil Andy Ellul fl-aħħar elezzjoni ġenerali….wara li Grixti kien arrestat u rreżenja mil-Labour 3 xhur qabel l-elezzjoni.
Ironikament kien Andy Ellul innifsu li ħa post Grixti fil-Parlament meta kien il-Prim Ministru Robert Abela li għażlu biex ikun il-kandidat idoneu għal co-option mal-bqija tad-deputati tiegħu.
Sussegwentament, Roger Agius ingħata position of trust mas-Segretarjat ta’ Andy Ellul.
L-istess Segretarju, sena ilu, kien insista li hu ma kellu ebda idea bl-allegat abbuż li kien qed iwettaq ix-xufier tiegħu – b’Agius jirriżenja minn dan l-impjieg ftit taż-żmien wara.
Apparti l-fatt li qed jiġi akkużat li aġevola lil numru ta’ persuni biex jibbenefikaw minn dan l-abbuż – huwa qed jiġi suspettat ukoll li saħansitra hu nnifsu sostna li kien qed isofri minn xi diżabbiltà severa – ironikament waqt li kien qed iservi bħala xufier tal-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
//= $special ?>