Internazzjonali

AĠĠORNATA: Il-Prinċipessa Kate tammetti li r-ritratt ta’ Jum l-Omm editjatu hi stess

Talba biex ritratt tal-Prinċipessa Kate ma' uliedha jiġi mneħħi, b'allegazzjoni ta' manipulazzjoni diġitali

Il-Prinċipessa ta’ Wales Kate, uffiċjalment skużat ruħa għall-konfużjoni li seta’ ħoloq ir-ritratt tagħha ma tliett ulieda għall-okkażjoni ta’ Jum l-Omm fl-Ingilterra. Dan hekk kif hi stess ammettiet li irranġat ir-ritrtatt.

Ir-ritratt li ġie ppublikat minn diversi aġenziji tal-aħbarijiet u deher f’bosta artikli, wer inkonsistenza viżwali madwar l-id tax-xellug tal-Prinċipessa Charlotte.

Ir-ritratt, ippublikat fuq il-paġni uffiċjali tal-media soċjali tal-Familja Rjali, juri l-Prinċipessa Kate b’ idejha mdawra mat-tliet uliedha; Il-Prinċep George, il-Prinċipessa Charlotte u l-Prinċep Louis.

Dan huwa l-ewwel ritratt li ħareġ ta’ Kate Middleton, mindu hi, f’Jannar, qattgħet tlettax il-ġurnata l-isptar, fejn għaddiet minn kirurġija serja f’żaqqha u għalkemm kien ippublikat biex jagħti serħan il-moħħ dwar il-kundizzjoni tal-prinċipessa dan spiċċa ħoloq konfużjoni ikbar speċjalment wara li hi stess ammettiet li kienet editjat dan ir-ritratt.

Aktar kminei l-Kelliem minn Agence France-Presse qal li ir-ritratt ġie mibdul b’mod diġitali, filwaqt li kelliem minn Associated Press staqsa għal kjarifika mill-Familja Rjali stess.