Lokali

Għas-sitt sena konsekuttiva l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jingħata l-premju għall-aqwa ajruport

Għas-sitt sena konsekuttiva, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ġie rikonoxxut, minn Airports Council International, fost l-aqwa ajruporti Ewropej tal-istess daqs tiegħu, ċertifikat ieħor li jixhed l-impenn tat-tim tal-ajruport, biex joffri esperjenza pożittiva lill-viżitaturi kollha. Għall-prestazzjoni tiegħu fl-2023, lajruport kiseb punteġġ ta’ 4.38 fl-indiċi tas-sodisfazzjon tal-passiġġiera.

“Dan ir-riżultat huwa vot ta’ fiduċja fl-ajruport tagħna, partikolarment fid-dawl tal-fatt li s-sena li għaddiet ilqajna numru rekord ta’ passiġġiera. Fl-istess perjodu, konna qed noperaw taħt pressjoni kbira, hekk kif nedejna diversi proġetti infrastrutturali, li mhux biss se jsaħħu l-infrastruttura tat-terminal, iżda
se jkunu qed itejbu l-esperjenza tal-viżitaturi fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta,” qal il-Kap Eżekuttiv Alan Borg.

Is-Sur Borg irringrazzja lit-tim kollu tal-ajruport li kien kapaċi jegħleb l-isfidi li ġabu magħhom dawn ix-xogħlijiet, u mar lil hinn minn triqtu biex jassigura li dawn ma jkollhom l-ebda impatt fuq il-vjaġġ tal-passiġġiera, mill-wasla tagħhom fl-ajruport sat-tluq.

Il-passiġġiera taw punteġġi b’saħħithom lill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, tant li kiseb riżultati ogħla mill-medja fil-maġġor parti tal-34 indikaturi. Lindikaturi li dwarhom saret l-evalwazzjoni tul l-2023 kienu jvarjaw mill-ambjent u l-indafa ġewwa t-terminal, għall-korteżija tal-impjegati u l-faċilità biex passiġġier jimxi minn post għall-ieħor fl-ajruport.

Dan il-programm internazzjonali jservi ta’ kejl għas-sodisfazzjon talpassiġġiera f’madwar 400 ajruport, mifruxa f’95 pajjiż. L-informazzjoni tinġabar permezz tal-istħarriġ Airport Service Quality li l-passiġġiera jwieġbu qabel jaqbdu t-titjira.

Tkabbir Rekord Ta’ 25% Fit-Traffiku tal-Passiġġiera Matul Ix-Xahar ta’ Frar

Matul ix-xahar ta’ Frar għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta rekord ta’ 474,404 passiġġiera, li jfisser tkabbir ta’ 25.1% fit-traffiku tal-passiġġiera, meta kkumparat mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.
Fl-istess perjodu, l-ajruport irreġistra żieda ta’ 21.9% fil-moviment tal-ajruplani, filwaqt li żdiedu b’25.3% il-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet, meta mqabbel malistess perjodu tas-sena li għaddiet. Minkejja dan, l-okkupanza tal-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet baqgħet fil-livell ta’ 82.5%, jiġifieri tnaqqis marġinali ta’
0.1 punti perċentwali fuq is-sena 2023.

L-Italja żammet postha bħala s-suq l-aktar importanti għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, tant li kienet responsabbli għal 22% tat-traffiku talpassiġġiera. Warajha jibqa’ r-Renju Unit, b’dan is-suq jirreġistra tkabbir ta’ 30.3% fuq is-sena li għaddiet. Il-Ġermanja u l-Polonja kienu t-tielet u r-raba’ laktar swieq importanti, rispettivament. Dawn kienu responsabbli għal 9% talmoviment tal-passiġġieri, kull wieħed. Spanja niżlet fil-ħames post fil-lista talaktar swieq importanti, b’5% tal-moviment tal-passiġġiera matul ix-xahar ta’ Frar.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ppubblika l-iskeda tiegħu għall-istaġun tas-sajf. Fix-xhur li ġejjin, se jkunu introdotti titjiriet diretti lejn Belfast, Edinburgh, Norwich, Tallinn u Basil. Apparti minn hekk, fix-xhur l-aktar impenjattivi tas-sajf, se tkun qed tiżdied il-frekwenza ra’ diversi titjiriet minn u lejn destinazzjonijiet fi Franza, l-Italja u r-Renju Unit.