Lokali

Il-Gvern mhux qed jagħti garanzija dwar il-pensjonijiet futuri

Alison Zerafa Civelli tattakka lill-media wara li żvelat tranżazzjonijiet suspettużi ta’ Abela

Għal snin twal kienet meqjusa bħala xi ħaġa ovvja li persuna tirtira u tirċievi l-pensjoni; madanakollu jidher li l-Membri tal-Kabinett tal-Labour preżentament għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jagħtu din il-garanzija…..bħal ma qalilna l-Ministru Michael Falzon.

Dan hekk kif il-Ministru Falzon ħeġġeġ lin-nies sabiex jinvestu f’pensjoni privata għaliex insista li hu mhux profeta u ma jafx x’ħa jiġri minn hawn u 30 sena oħra.

Fatt li lanqas il-Prim Ministru Robert Abela nnifsu ma ċaħad – minflok allega li hemm min qed jiprova jbeżża’ lill-pensjonanti – mentri fil-verità, dawk l-aktar li qed jibżgħu huma l-ħaddiema tal-lum li qed jingħataw x’jifmhu li qed iħallsu l-bolla ta’ xejn.

B’rabta ma’ dan kollu Net News staqsa lis-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli illi minn naħa tagħha qaltilna li l-Gvern se jibqa’ jaħdem biex il-Maltin u Għawdxin jgħixu komdi….għalkemm naqset għal kollox milli toffri assigurazzjoni li l-ħaddiema tal-lum mhux qed iħallsu l-bolla għalxejn. 

Intant – matul il-jum tal-Ħadd il-gazzetta Sunday Times of Malta żvelat kif analiżi mwettqa mill-Bank of Valletta tal-kontijiet bankarji ta’ Robert Abela u martu Lydia kixfet tranżazzjonijiet ta’ miljun ewro – deskritti bħala potenzjalment suspettużi.

Allegazzjonijiet serjissimi għall-aħħar – partikolarment fejn ingħad li Lydia Abela rrifjutat li turi lill-Bank it-tax returns tagħha.

Għaldaqstant staqsejna  lil Zerafa Civelli x’tagħmel hi li kieku tintalab tagħmel dan – bir-reazzjoni inizjali tagħha tkun li tgħid li tagħmel il-kontra ta’ li għamlet il-koppja Abela….sakemm sussegwentament infexxet f’attakk fuq il-midja.