Internazzjonali

Il-vapur bl-għajnuna umanitarja għal Gaza għadu ma telaqx minn Ċipru

Il-bastiment ‘Open Arms’, li se jġorr għajnuna umanitarja lejn Gaża u li kellu jitlaq ilbieraħ, baqa’ maqbud f’Ċipru minħabba problemi tekniċi.

Il-vapur, mgħobbi b’200 tunellata ta’ ikel, għandu jieħu jumejn biex jasal f’lokalità li inżammet sigrieta – ‘il barra mill-kosta ta’ Gaza.

Din l-għajnuna lejn Gaza hija kruċjali minħabba li qed tkompli tiggrava s-sitwazzjoni umanitarja fir-reġjun. Bil-persuni li qed jgħinu lill-Palestinjani jgħidu li l-kunsinni mhux ilaħħqu, u li sar kważi impossibli biex jitwasslu l-għajnuniet neċessarji.