Lokali

It-30 ta’ Marzu: Il-Jum Dinji tal-Kundizzjoni Bipolar

Il-jum li jfakkar kull sena il-World Bipolar Day hu it-30 ta’ Marzu, li jaħbat il-ġurnata tat-twelid tal-famuż pittur, Vincent Van Gogh, li jgħidu kien ibati bil-bipolar.

Dan il jum ifakkarna f’dawk li għandhom din il-kundizzjoni tal-bipolar li huma jistgħu jirnexxu fil-ħajja u li m’humiex waħedhom. Bil-kura u bil-paċenzja wieħed ikun kapaċi jgħix ħajja ta’ suċċess bħal kull bniedem ieħor.

Il-Bipolar hija kundizzjoni li taffettwa l-moħħ billi ġġib burdati għoljin jew baxxi ħafna, u ġġib ukoll tibdil fl-irqad, fl-enerġija, fil-mod kif taħseb u ġġib ruħek. Dawn in-nies li jsofru mil-bipolar iħossuhom f’ħin minnhom kuntenti ħafna u mimlijin enerġija u f’ħin ieħor bi dwejjaq kbar u li ma’ jiswew għal xejn. Dawn huma effetti ta’ din il-kundizzjoni.

Il-World Bipolar Day hija ġurnata li ttina ċans li nitgħallmu aktar dwar din il-kundizzjoni li min ibati biha mhuwiex il-kundizzjoni izda huwa aktar minn hekk. Anzi nisħqu l-importanza li niġġieldu l-istigma li tmur mal-problemi kollha tas-saħħa mentali, u mhux b’inqas, mal-bipolar.

Be Positive Self-Help Malta tlaqqgħa l-grupp kull tieni Ġimgha tax-xahar fil-Kappella Russa tal-Palazz tal-President, Ħal Balzan.