Lokali Parlament

Appell biex ix-Xemxija ma tinqeridx


Ivan Castillo, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo appella fil-parlament biex ix-Xemxija ma tinqeridx bil-proposti ta’ bini esaġert li qed ikun propost fi spazju miftuħ li hemm.


Hu ffoka fuq il-każ tax-Xemija fejn qed jiħu proposti li jinbnew 280 appartament u torri ta’ 13-il sular fi spazju miftuħ li issa se jinqered. L-art hi privata u għalhekk hu mistenni li Project Green taġixxi skont il-policy tagħha billi tixtri l-art li għandha importanza arkeoloġika kbira biex tibqa’ għand il-poplu. Hemm problema ta’ immaniġġjar tat-traffiku fix-Xemxija, liema post għandu potenzjal kbir ta’ sbuħija, sostna d-deputat Nazzjonalista.


Ivan Castillo semma’ każ ta’ anzjana li m’għandhiex fejn toqgħod u qed kollha toqgħod barra matul il-ġurnata, inkluż li tistkenn ġo latrina għax m’għandhiex fejn tmur. Hu tkellem dwar il-pensjonijiet u l-aħħar dikjarazzjonijiet li għamel il-gvern u qal li s-sitwazzjonifil-pensjonijiet hi inkwetanti.


Hu tkellem dwar id-diffikultajiet li jgħaddu minnhom il-koppji u l-persuni li jkunu jridu jisssellfu iżda jkollhom dħul baxx. Din is-sitwazzjoni diffiċli qed teffettwa lil dawn il-koppji partikolarment dawk i għandhom il-paga minima.


Dan qed iwassal biex l-età medja taż-żgħażagħ li jitilqu mid-dar talġeniuri tagħhom f’Malta hi ta’ 30 sena; propju għax ma jaffordjawx jixtru d-dar jew li jġemmgħu għad-depożitu fuq il-post.


Ivan Castillo rrifera għal studju dwar liema huma l-ibliet li hu vijabbli li n-nies jgħixu fihom. Minn dan l-istudju jirriżulta li s-sitwazzjoni f’Malta hi ferm agħar u diffiċli minn dawk ta’ bliet oħra Ewropej. Hu qal li f’Malta, mhux possibbli li koppja li tgħix fil-kera ġġemma’ biex tkun is-sid ta’ darha.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern ma kienx kapaċi jsib alternattvia għall-ispekulazzjoni u kompla li l-iżviluppaturi lesti li jfittxu setturi ġodda fejn jiżviluppaw.