Lokali Parlament

Ebda soluzzjoni għat-talbiet tal-għalliema dwar il-kundizzjonijiet u s-salarji


Justin Schembri, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Justin Schembri qal fil-parlament li minkejja li għadda żmien biżżejjed, il-gvern għadu ma pprovdiex soluzzjonijiet quddiem it-talbiet tal-union tal-għalliema dwar il-kundizzjonijiet u s-salarji.


Justin Schembri tkellem dwar l-israjk li għamlu l-għalliema u t-talbiet li kienu għamlu l-għalliema u spjega kif il-Prim Ministru kien wiegħed li l-għalliema kollha kienu se jingħataw żieda fis-salarju tagħhom. Din kienet ukoll wiegħda tal-PN, il-union tal-għalliema għad ma rċevietx il-kundizzjonijiet tal-pakkett finanzjarju migħand l-gvern.


Hawn biss 15% tal-edukaturi li jemmnu li l-professjoni hi rispettata u għalhekk f’dan il-kuntest din il-problema għandha tkun indirizzata. Din hi problema li hi rikonoxxuta sa minn qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet.


Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-problemi li kien hemm fl-università fejn kienu anki perikolati l-eżamijiet tal-istudenti u l-problemi fl-MCAST fejn il-gvern għadu jkaxkar biex jiffinalizza l-ftehim li għadu fil-limbu.


Il-PN jemmen li l-investiment serju fl-Università u fl-MCAST għandu jkun il-minimu għaliex il-gvern għandu obbligu li jsaħħaħ il-livell terzarjaru b’investiment; dan mhux b’karità iżda b’obbligu lejn il-pajjiż u lejn il-futur tal-pajjiż. Sal-lum l-MCAST għadha inferjuri għall-Università; dan jirriżulta mill-finanzjament fil-budget fejn jirriżulta li l-gvern mhux qed jagħti biżżejjed fondi lill-MCAST biex tikber u timrah.


Id-deputat Nazzjonalista kompla li hawn 180 student li għandhom bżonn LSC iżda l-gvern mhux jipprovdiehom propju għaliex il-gvern jimxi bil-politika ta’ immaniġġajr fi kriżi. Justin Schembri kompla li mhux veru li l-gvern qed jibni skejjel ġodda iżda qed jirranġa dawk li ilhom hemm is-snin.


Hu kompla li hemm listi twal fis-CDAU, li qed tagħti l-kejl ta’ kull student u l-bonnijiet tagħhom. Daw l-istudenti qed jaqgħu lura u qed jiċċaħdu milli joħorġu fuq żjajjar edukattivi f’postijiet ma’ sħabhom l-istudenti għax m’hemmx LSCs.


Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm studenti li jidħlu l-MCAST iżda ma jkollhomx ikomplu minn sena għall-oħra għax ma jsibux biżżejjed għajnuna. Il-PN se jkompli jikkritika u jipproponi għax ma jibżax jressaq dawn il-proposti importanti, sostna d-deputat Nazzjonalista.