Futbol Sport

Futbol Taljan: Udinese jegħlbu lil Lazio f’Ruma

(Ritratt: EPA)

Udinese kisbu tliet punti meta għelbu lil Lazio 2-1 fl-Olimpico bil-goals kollha skorjati fit-tieni taqsima.

Dawn kienu tliet punti ferm importanti għal Udinese li issa nqalgħu mill-aħħar tliet pożizzjonijiet.

Il-goals kollha kienu skorjati fi spazju ta’ erba’ minuti fil-bidu tat-tieni taqsima. 

Udinese fetħu l-iskor permezz ta’ Lucca, Lazio kisbu d-draw b’autogoal ta’ Giannetti u fil-51 minuta Zarraga skorja l-goal tar-rebħa.