Lokali

Ħaddiem barrani ferut gravi wara li inqabad f’kabina ta’ vann fit-Tarzna ta’ Palumbo

Żagħżugħ barrani weġġa’ gravi wara li inqabad fil-kabina tal-vettura li kien fiha – każ illi seħħ ilbieraħ fl-impjant tal-kumpanija Palumbo f’Bormla, għall-ħabta tal-10:30pm.

Net News jinsab infurmat li fil-ħin tal-inċident, Taljan ta’ 38 sena kien qed isuq vann Iveco, u miegħu kellu barrani ta’ 29 sena. Jidher li għal xi raġuni, it-Taljan tilef il-kontroll tal-vann u baqa’ dieħel fi struttura tal-ħadid li hemm fit-Tarzna, bil-konsegwenza li ż-żagħżugħ li kellu miegħu spiċċa maqbud.

Fil-post issejħu kemm is-CPD kif ukoll ambulanza.