Ewropa

Iċ-champions Spanjoli fil-Parlament Ewropew

Intom urejtu lid-dinja kif m’għandkom taqtgħu qalbkom qatt. Kif l-ambizzjoni u d-determinazzjoni għandhom ikunu kwalitajiet li jegħlbu kull limitazzjoni.

Kien dan il-mod li bih il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola laqgħet lic-champions tad-dinja, il-plejers tal-futbol ta’ Spanja Ivana Andres u Alba Redondo, għal ċerimonja li saret fil-Parlament Ewropew biex jitfakkar Jum il-Mara.

Iż-żewg plejers – waħda ta’ Real Madrid u l-oħra ta’ Levante – ġew mistiedna mill-President Metsola biex iwasslu messaġġ ta’ ispirazzjoni lill-bniet u subien, tfajliet u ġuvintur madwar id-dinja.

Fid-diskors tagħha, l-captain tat-tim nazzjonali ta’ Spanja, li minbarra li rebħet it-Tazza tad-Dinja s-sena li għaddiet rebħet ukoll in-Nations League ftit tal-ġimgħat ilu, qalet li n-nisa għandhom ambizzjonijiet kbar.

Il-plejers Spanjoli ħadu magħhom fil-Parlament it-Tazza tad-Dinja, filwaqt li ppreżentaw lill-President Metsola bi flokk iffirmat mill-plejers tat-tim nazzjonali Spanjol.

EP Plenary session – International Women’s Day Celebration