Lokali Parlament

Il-gvern irid jieħu l-azzjonijiet dwar l-illegalijiet fil-kostruzjoni; mhux diskorsi biss


Albert Buttigieg, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg qal fil-parlament li l-gvern irid jieħu l-azzjonijiet dwar l-ilelgalijiet fil-kostruzzjoni; mhux diskorsi biss.


Albert Buttigieg qal li l-Prim Ministru iddikajra li wara l-inkjesta ta’ Jean Paul Sofia, il-gvern mhux se jitttollera iktar lill-cow boys u illegalitajiet fil-pajjiż. Hu qal li l-Prim Ministru jrid jgħaddi għall-fatti u mhux iparla biss u kompla li għal 10 snin, il-gvern għalaq għajnejh għall-cow-boys u għall-illegalitajiet u kien kompliċi f’diversi ċirkostanzi. Issa l-Prim Ministru qed jgħid li l-gvern se jpoġġi l-interessi tar-residenti qabel l-illegalitjiet.


Id-deputat Nazzjonalista qal li fl-10 distrett elettorali kien hemm diversi abbużi fosthom l-applikazzjoni għall-proġett tad-DB f’Pembroke fejn tliet kunsilli bi 30,000 rappreżentanza oġġezonaw għalih, il-fast ferry fil-Balluta li ma saritx minħabba l-pressjoni pubblika, it-Town Square f’Tas-Sliema fejn numru ta’ residenti se jkunu maħnuqa b’dan il-proġett u t-torri fil-Gżira li qed jeffettwa lill-komunità.


Hu semma’ l-illegalitajiet fil-kostruzzjoni u qal li l-gvern m’għandux rieda politika li jneħħi dawn l-illegalitajiet; anzi l-gvern jinsab kompliċi biex dawn l-illegalitajiet jibqgħu għaddejjin. Hu semma’ li hemm każi fejn hemm illegalitajiet li ilhom b’ordni ta’ infurzar fuqhom 10 snin iżda ma ttieħedux il-passi neċessarji. Hemm 137 każ pendenti ta’ ilelgalitajiet f’Tas-Sliema u f’San Ġiljan fosthom żvilupp ta’ kiosk, żvilupp ta’ mwejjed fuq barra, pjattaforma quddiem stabbilment u estenzjoni ta’ bankina li fuqha tpoġġew l-imwejjed.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern qed jgħid li ma jista’ jagħmel xejn għax il-każi għadhom fi stadju ta’ appell u kkritika l-pożizzjoni tal-gvern li qed jgħid li l-Awtorità tal-Ippjanar mhijiex mabuta maż-żmien beix jtitieħdu apssi quddiem dawn l-illegalitajiet.