Lokali Parlament

Inċertezza fost in-negozji żgħar u medji


Robret Cutajar, PN


Il-Whip tal-Oppożizzjoni d-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar sostna fil-parlament li fost in-negozjanti żgħar u medji hawn inċertezza maħluqa minn deċiżjonijiet tal-gvern.


Robert Cutajar qal li s-settur tan-negozji żgħar u medji għaddej minn inċertezza u kompla li hemm nuqqas ta’ trasparenza fl-għoti tal-kuntratti mill-gvern. Hu qal li l-gvern daħħal kultura li xejn mhu xejn u hu kontrollat minn ftit nies. Il-gvern ma jinteressahx mill-kumpaniji li jħaddmu lin-nies, sostna Robert Cutajar, li kompla li, l-Kamra tal-SMEs qed tipproponi diversi inċentivi biex tkun eliminata d-diskriminazzjoni bejn il-kumpaniji Maltin u dawk barranin.


Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern mhux jaqbel miegħu nnifsu dwar il-pensjonijiet u qed jagħmel dikjarazzjonijiet konflinġenti. Dan qed iwassal għal inkwiet fost il-ħaddiema. Tmenin fil-mija tan-nies fin-negozju jiddikjaraw li l-pajjiż miexi fid-direzzjoni żbaljata iżda l-gvern ma jagħtix kas.


Hu qal li issa l-Ministeru tal-Finanzi qed jammetti li hemm bżonn bidla fil-mudell ekonomiku iżda l-Prim Ministru jibqa’ jsostni dan il-mudell ekonomiku hu dak adatt għal pajjiżna. Il-gvern mhux inaqqas l-inċertezza fost in-negozji żgħar u medji moħħu biss fin-numri ta’ kemm se jiggwadanja.


Robert Cutajar semma’ l-mod kif fil-kriżi internazzjonali taż-żejt, il-gvern Nazzjonalista ma daħħalx lil Malta fil-lista l-griża iżda kompla jsaħħaħ l-ekonomija. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Ministru Silvio Schembri jgħid li se jikkonsulta mal-Oppożizzjoni dwar il-lii fuq il-kooperattivi iżda din il-konsultazjzoniq att ma saret. Hu kompla li l-gvern qed jgħaddi biż-żmien lill-kooperattivi u kienet l-Oppożizzjoni li bdiet il-proċess ta’ konsultazzjoni.


Id-deputat Nazzjonalista appella biex il-gvern jgħin lill-kooperattivi biex jimxu ‘l quddiem fl-ekonomija Maltija. L-interess tal-gvern hu li jpoġġi nies tiegħu fl-awtortiajiet iżda mhux skont il-kompetenza.
Robert Cutajar qal li fil-pajjiż ħadd mill-gvern ma jassumi responsabbiltà politika anki jekk imutu n-nies. Hu sostna li l-kooperattivi ħaqqhom jieħu l-kofinanzjament u appella lill-gvern biex iżomm kelmtu magħhom.