Bernice Bonello, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello appellat biex iż-żgħażagħ ikunu preżenti iktar fil-politika kemm dik nazzjonali kif ukoll dik lokali u sostniet li hu negattiv li kienu ħames kunsilli lokali biss li appuntaw Ambaxxatur għaż-Żgħażagħ.
Fil-parlaemnt, id-deputat Nazzjonalista qalet li ż-żgħażagħ għandhom ikunu involuti iktar fil-parlament u sostniet li 69 kunsillier ellett huma żgħażagħ minn 460 kunisllier. L-ammont għalhekk hu ta’ 21%; jeħtieġ li ssir ħidma kbira biex fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali iknu eletti iktar żgħażagħ.
Id-deputat Nazzjonalista semmiet l-Ambaxxatur taż-Żgħażagħ u r-rwol importanti tiegħu u qalet li hemm biss 53 kunsill li wieġbu fil-parlament fejn irriżulta li hemm biss ħames kunsilli lokali li qalu li għandhom Ambaxxatur taż-Żgħażagħ appuntat mill-kunsilli lokali. Dan n-nuqqas għandu jkun irranġat.
Id-deputat Nazzjonalista semmiet id-diversi nuqqasijiet li ġab il-gvern fil-pajjż biex issa l-maġġoranza taż-żgħażagħ iridu jitilqu mill-pajjiż.