‘Nemmen li dan kien riżultat ġust
- Andrew Cohen, kowċ Gżira Utd. FC
‘Punt importanti minn logħba diffiċli fejn it-tim wera karattru’. L-ewwel kelmiet li lissen il-kowċ ta’ Gżira United Andrew Cohen. Huwa kompla hekk. ‘Wara li sofrejna l-gowl wettaqna reazzjoni. Kien importanti li nġibu dan il-punt fejn ridna li nżommu lil Valletta kemm jista jkun ’il bogħod. Naxxar Lions u Balzan ħadu punt kull wieħed ukoll fejn dan kompla jżid il-pressjoni. L-ewwel għan kien li ma’ nitilfux. Kellna ċ-ċansijiet ukoll fejn stajna saħansitra rbaħna l-partita, imma nemmen li r-riżultat ta’ draw huwa wieħed ġust.’
‘Irridu nkomplu naħdmu biex nilħqu l-għan tagħna’
- Juan Cruz Gill, kowċ Valletta FC
‘Kienet logħba diffiċli fejn konna nafu li ser nilgħabu kontra tim validu ħafna’. Kliem il-kowċ ta’ Valletta Juan Gill Cruz wara d-draw kontra Gżira United. Cruz Gill kompla. ‘Fit-tieni taqsima konna aħjar fejn ħloqna wkoll xi ċansijiet. Irridu nkomplu naħdmu fejn infakkar li jien ħadt it-tmexxija tat-tim ġimgħatejn ilu biss. Il-plejers qed jaħdmu ħafna. Hija triq diffiċli ħafna fejn kull logħba hija finali u għaldaqstant irridu nkunu ffokkati ħafna biex nippruvaw nilħqu l-għan li nżommu lil dan il-klabb glorjuż fejn verament jixraqlu.’
| KLASSIFIKA | L | PTI |
| Ħamrun Spartans | 20 | 49 |
| Floriana | 20 | 48 |
| Sliema Wanderers | 20 | 41 |
| Marsaxlokk | 20 | 30 |
| Birkirkara | 20 | 30 |
| Hibernians | 20 | 29 |
| Gżira United | 20 | 25 |
| Naxxar Lions | 20 | 25 |
| Balzan | 20 | 23 |
| Mosta | 20 | 23 |
| Santa Lucia | 20 | 22 |
| Valletta | 20 | 20 |
| Sirens | 20 | 9 |
| Gudja United | 20 | 6 |
| L-AQWA SKORERS | GLS |
| Luke Montebello (Ħamrun Spartans) | 18 |
| Kemar Reid (Floriana) | 12 |
| Uros Djuranovic (Ħamrun Spartans) | 11 |
| Yuri Messias (Marsaxlokk) | 10 |
| Andrei Ciolacu (Birkirkara) | 9 |
| Sunday Akinbule (Marsaxlokk) | 7 |
| Federico Falcone (Valletta) | 7 |
| Jurgen Degabriele (Hibernians) | 7 |

LOGĦOB LI JMISS
Il-Ħamis 14 ta’ Marzu, 2024
Tony Bezzina Stadium
6.00pm B’Kara vs Naxxar L.
Is-Sibt 16 ta’ Marzu, 2024
Stadium Nazzjonali
2.00pm Floriana vs Sliema W.
4.15pm Ħamrun S. vs M’Xlokk
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Hibernians vs Sirens
4.15pm Sta Lucia vs Valletta
Il-Ħadd 17 ta’ Marzu, 2024
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Balzan vs Gudja Utd.
4.15pm Gżira Utd. vs Mosta
//= $special ?>

