Ewropa Lokali

“L-EMFA risposta lill-gvernijiet b’disprezz lejn il-ġurnalisti” – David Casa

F’diskors fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, l-MEP f’isem il-Partit Nazzjonalista David Casa appella għal vot b’saħħtu fuq il-European Media Freedom Act, fejn sejjaħlu għodda b’saħħitha li kapaċi tiżgura li l-pressjoni abbużiva kontra l-ġurnalisti jitwaqqfu darba għal dejjem.

David Casa sostna li d-demokrazija tbati meta l-ġurnalisti jiġu mhedda filwaqt li fakkar fl-aħħar intervista li tat Daphne Caruana Galizia propju għaxart ijiem qabel l-assassinju tagħha

Waqt din l-intervista hija kienet ilmentat fuq il-pressjoni intensa mill-Gvern fuq il-finanzi tal-gazzetta fejn kienet tikteb, meta insista li titlef xogħolha minħabba dak li kienet tikteb.

Waqt id-diskorsb tiegħu David Casa saħaq li mhux se jibqa’ jaċċetta xandir pubbliku li qed ikun ta propoganda għall-Gvern ta’ Robert Abela kif ukoll mhux se jaċċetta li l-gazzetti jsofru pressjoni estrema għaliex il-Gvern ma jridx iħallihom jagħmlu xogħolhom.

Apparti minn hekk, David Casa kkritika lill-Gvern ta’ Robert Abela tal-atteġġjament dispreġġjattiv lejn il-ġurnalisti, anke wara li nstab risponsabbli li ħoloq atmosfera li ppermetta l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Intant, lejn tmiem id-diskors tiegħu l-MEP David Casa sostna li fl-aħħar hemm tarka oħra għall-ġurnaliżmu u għalhekk appella għal vot b’saħħtu sabiex din il-ġlieda titkompla bil-qawwa kollha.