Wara t-telfa ta’ 2-1 li Lazio sofrew it-tnejn filgħaxija kontra Udinese, Maurizio Sarri ippreżenta r-riżenja minn kowċ tal-klabb minn Ruma wara kważi tliet staġuni.
Rapporti fil-media Taljana qed jgħidu li filwaqt li s-sessjoni ta’ taħriġ li kellha ssir it-Tlieta ġiet posposta, l-isem li qed jissemma biex ikun kowċ sa tmiem dan l-istaġun huwa l-eks attakkant ta’ Lazio Tommaso Rocchi.
Lazio jinsabu fid-disa’ post fil-klassifika b’40 punt, 7 punti ‘l bogħod minn kwalifikazzjoni għall-kompetizzjoni Ewropea.
Matul il-karriera tiegħu, fost oħrajn Sarri kellu esperjenzi oħra ma’ Juventus, Napoli u Chelsea.
//= $special ?>