Lokali

SL Benfica fi qbil mal-Mediterranean College of Sport għal opportunitajiet lill-istudenti Maltin

Sport Lisboa e Benfica ħabbru li sar qbil mal-Mediterranean College of Sport li se jkun mifrux fuq ħames snin bl-għan li jgħinu fit-tkabbir akkademiku.

Fost l-oħrajn, l-istudenti f’pajjiżna se jkollhom l-opportunità li jilgħabu fil-Portugal u jiġu vvalutati minn kowċis ta’ Benfica biċ-ċans li jirreġistraw għall-Benfica International Elite Program u jkollhom internships mill-akkademja Portugiża.