It-tiratur Clive Farrugia rebaħ it-tieni Skeet Selection Shoot tal-istaġun wara li fil-fażi finali laqat 52 minn 60 plattina.
Warajh spiċċaw Matthias Azzopardi b’47 plattina u Andre Cassar li laqat 40 plattina u klassifika fit-tielet post.
Dan l-avvenimnet, li sar fil-Bidnija kien deċiżiv għall-atleti skeet sabiex ikun determinat min se jieħu sehem fl-ISSF Final Olympic Qualification Championship f’Doha, QAT 2024.
Fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni, Marlon Attard, bi tliet perfect straights ta’ 25 minn 25 u żewġ punteġġi ta’ 23 minn 25 kwalifika b’punteġġ impressjonanti ta’ 121 minn 125 plattina.
Andre Cassar ukoll irnexxilu jagħmel perfect straight ta’ 25 minn 25 fl-ewwel ġurnata ta’ kompetizzjoni.
Ir-riżultati finali kienu:
1. FARRUGIA Clive 52/60
2. AZZOPARDI Matthias 47/60
3. CASSAR Andre 40/50
4. SCIBERRAS Liam 31/40
5. ATTARD Marcello 22/30
6. ATTARD Marlon 13/20
L-atleti li se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta fl-ISSF Final Olympic Qualification Championship huma Clive Farrugia, Marcello Attard u Marlon Attard.
//= $special ?>