Futbol Sport

UCL: Arsenal fil-kwartifinali wara 14-il sena… Barcelona jegħlbu lil Napoli

Ritratta: EPA

Arsenal għamluha għall-kwarti finali tal-UEFA Champions League għall-ewwel darba wara 14-il sena hekk kif għelbu lil Porto wara l-għoti tal-penalties. Arsenal skorjaw il-gowl tagħhom fil-41 minuta meta Martin Odegaard żmarka b’pass insidjali lil Leo Trossard bil-Belġjan jixħet fix-xibka għal 1-0. Bl-iskor aggregate ikun dak ta’ 1-1 il-partita marret għal ħin barrani u eventwalment għall-għoti tal-penalties.

Għal Arsenal skorjaw Martin Odegaard, Kai Havertz, Bukayo Saka u Declan Rice filwaqt li għal Porto skorjaw Pepe, Marko Grujic u fallew Wendell u Galeno għal skor ta’ 4-2.

Barcelona għamluha għal kwartifinali tal-UEFA Champions League b’rebħa ta’ 3-1 fuq Napoli bi skor aggregate ta’ 4-2. Barcelona ħadu vantaġġ doppju fl-ewwel taqsima b’Fermin Lopez jiftaħ l-iskor fil-15-il minuta qabel kien Joao Cancelo li żewġ minuti wara rdoppjaw għal 2-0. Reazzjoni min-Napoli man-nofs siegħa logħob hekk kif kien Amir Rrahmani li xeħet fix-xibka għal 2-1. Biex fit-83 minuta kien l-attakkant prolifiku Robert Lewandowski li kkonkluda fix-xibka u aċċerta minn kwalifikazzjoni għal Barcelona.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

Illum Arsenal v Porto 1-0 (5-3), Barcelona v Napoli 3-1 (4-2)
Għada A.Madrid v Inter 9.00pm, B.Dortmund v PSV 9.00pm