Żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Mosta weġġa’ gravi wara li ttajjar minn vettura fi Triq Ħal Qormi, f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:20 pm meta għal xi raġuni, iż-żagħżugħ ittajjar minn karozza tat-tip Fiat Panda misjuqa minn raġel ta’ 52 sena minn Ħal Qormi.
Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn wara li taw l-ewwel għajnuna liż-żagħżugħ, huwa ttieħed l-Isptar għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Is-sewwieq tal-karozza ma sofra mill-ebda ġrieħi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ.
//= $special ?>