Tim A Juve Birkirkara rebħu l-Community Easter Trophy tal-Blackball Blackball Federation meta fil-finali li ntlagħbet fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara għelbu lil Taċ-Ċaċċu Qormi 11-4.
Kif jindika l-iskor, kienet finali ddominata minn Birkirkara li wara li fetħu vantaġġ sostanzjali ta’ 7-0 u komplew jiddominaw meta rebħu frames konsekuttivi.
Min-naħa tagħhom Qormi rnexxielhom inaqqsu l-marġni tal-iskor għal erba’ darbiet iżda ftit setgħu jagħmlu kontra l-preċiżjoni u l-konsistenza tal-avversarji tagħhom.
Tim D Ħamrun 147 rebħu r-Regional Easter Trophy meta fil-finali għelbu lil Tim A Balzan 11-7. Ħamrun kienu fil-kontroll tal-logħba għal ħafna mill-ħin għalkemm Balzan qatt ma ċedew u baqgħu wara l-avversarji meta dejjem naqqsu l-iskor. Fl-aħħar frame kien il-plejer ta’ Ħamrun 147 Neil Aquilina li daħħal il-boċċa rebbieħa sabiex eventwalment rebbaħ it-Trofew lit-tim tiegħu.
//= $special ?>