Lokali Qorti

Erba’ żgħażagħ, waħda ta’ 14-il sena – akkużati li nqabdu bi ftit inqas minn 100 qartas droga waqt ‘roadblock’ fil-Marsa

Erba’ żgħażagħ Maltin, żewġt tfajliet u żewġ ġuvintur, waħda minnhom ta’ 14-il sena tressqu l-Qorti l-Erbgħa, wara li nqabdu li kienu qed iġorru droga u armi illegali meta l-karozza tagħhom tal-kiri twaqqfet f’roadblock tal-pulizija fil-Marsa. Allegatament huma kienu fil-pusses ta’ 93 qartas droga eroina u kokaina. L-unika waħda li ngħatat il-pleġġ kien it-tifla ta’ 14-il sena, fuq garanzija personali ta’ 5,000 ewro u li tiffima darbtejn fil-ġimgħa fl-għassa tal-Pulizija.

Sheridan Lee Grech ta’ 25 sena minn Bormla li ma jaħdimx, Nicole Micallef ta’ 24 sena li qalet li qed tieħu kors ta’ ‘nail technician’ u li hi mill-Imsida u ħaddiem fi stamperija ta’ 20 sena – Mattheas Borg minn Ħal Luqa tressqu l-Qorti quddiem il-maġistrat Charmaine Galea.

It-tfajla ta’ Borg li għad għandha 14-il sena, li kienet ukoll fil-karozza, ġiet arrestata u mixlija wkoll. L-Ispettur Kathleen Zerafa, li flimkien mal-Ispettur Mark Cremona li ressqu liż-żgħażagħ qalet lill-Qorti li l-erba’ individwi kienu ġew arrestati nhar it-Tnejn, wara li uffiċjali tal-pulizija li kienu qed jagħmlu roadblock fi Triq Stiefnu Żerafa fil-Marsa, u kienu għax il-karozza li kienu fiha ma kellha l-ebda pjanċa tan-numri fuq quddiem.

Fil-karozza nstabet borża tal-plastik trasparenti, qalet l-ispettur, li kien fiha 41 qartas żgħir ta’ trab abjad. Il-persuni li kienui fil-karozza ġew arrestati minnufih u u saret tfittxija fuqhom. Borg instab li kien qed iġorr ponn tal-ħadid u ‘torch-taser’. Taser ieħor nstab fil-pussess ta’ Micallef. Fuq il-ħwejjeġ tas-suspettati nstabu aktar qratas ta’ droga suspettata.

Il-prosekuzzjoni qalet li mhux biss instabu 41 qaras ta’ droga fil-karozza, imma fil-qalziet ta’ Sheridan Lee Grech instabu 52 qartas ieħor. L-Avukat Jacob Magri staqsa dwar meta l-maġistrat tal-għassa kien ġie infurmat bl-arrest bil-prosekuzzjoni tgħid fis-6:45pm L-Avukat Matthew Xuereb staqsa lill-ispettur jekk is-suspettati kollha ngħatawx l-istess drittijiet. Kellhom, qalet, iżda omm il-minuri kienet ukoll infurmata u qalulha biex tiġi l-għassa biex takkumpanja lil bintha.

Staqsa jekk instabx xi ħaġa illegali fil-pussess taż-żagħżugħa ta’ 14-il sena. “Il-borża bid-droga nstabet fuq is-seat fejn kienet bilqiegħda, iżda ma nstab xejn fuq il-persuna tagħha, wieġbet l-Ispettur. “Infurmajtha li kienet suspettata b’pussess aggravat?” staqsa l-Avukat.

L-ispettur wieġbet li żgur qalulha dwar pussess, imma mhux ċerta dwar il-pusses aggravat. Fuq mistoqsija oħra tad-difiża l-Ispettur qalet li “hija proċedura li kull meta xi ħadd jittieħed fil-lockup, issir tfittxija, u fil-każ tal-minuri dejjem b’ommha preżenti.”

L-Avukat Xuereb irrimarka li t-tifla kellha 14-il sena, u staqsa jekk saritx evalwazzjoni individwali. “Biżżejjed li l-omm tkun preżenti,” wieġbet l-ispettur. “Kollox seħħ fil-preżenza tal-omm.” L-Ispettur Cremona żied jgħid li kien diġà spjega lill-avukat li kellha ssir ‘strip search’ wara kull arrest. “Ma jfissirx li hija proċedura korretta,” wieġeb Dr. Xuereb.

“Tista’ tispjega għaliex kellek tirrikorri biex tarresta liż-żagħżugħa ta’ 14-il sena?” staqsa l-avukat. “Sibna mal-100 qartas fil-karozza. Kellna ninvestigaw, ma stajnax sempliċement nassumu li ma kinitx involuta sempliċement minħabba l-età tagħha… Sibna biżżejjed evidenza biex niġġustifikaw l-akkużi tagħha,” wieġbet l-Ispettur.

Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll li t-tifla ma tmurx skola, u li qalet lill-Pulizija li ma tmurx għax ma tistax tpejjep, filwaqt li l-prosekuzzjoni rrimarkat li hija kienet eżerċitat ukoll id-dritt tagħha għas-silenzju waqt l-interrogazzjoni tagħha, li ma kienx xi ħaġa tas-soltu għall-persuni tal-età tagħha.

L-Avukat Shaun Zammit issuġġerixxa li l-klijenta tiegħu kienet ikkoperat mal-pulizija u qaltilhom li ma kellha x’taqsam xejn mad-droga. L-Avukat Magri sostna li l-provi kollha rilevanti kienu diġà ġew ippreservati fl-inkjesta maġisterjali.

Minbarra dan l-erba’ akkużati kienu effettivament ko-akkużati u għalhekk ix-xhieda tagħhom ma setgħetx tintuża kontra xulxin. Dan kien ifisser li l-ebda tbagħbis fl-evidenza ma seta’ jiġri. Borg huwa fl-età tenera ta’ 20 sena u għandi kondotta nadifa, qal l-avukat. Grech kien akkużat biss li kiser il-libertà proviżorja. Ma naħsibx li hemm xi riskji għall-evidenza li għadha teżisti f’dan l-istadju.

L-Avukat Shawn Zammit, minn naħa tiegħu sostna li l-klijenta tiegħu għandha 24 sena u kienet qed isegwi kors ta’ ‘nail technician’ u kienet diġà segwita minn uffiċjal tal-probation. Huwa qal li t-testijiet kollha tad-droga u tad-DNA taw riżultati negattivi fil-konfront tagħha.

L-Ispettur Zerafa oġġezzjonat għat-talba għall-ħelsien mill-arrest, u saħqet li kien ċar li l-ammont ta’ qratas li kien fihom drogi differenti wera li ma kienx maħsub għall-użu personali. Sheridan b’mod partikolari kien diġà akkużat b’reati simili, bħalma kien Borg. “L-età tidher li tkun tenera biss meta jaqbellek,” ikkummentat l-ispettur.

L-Ispettur Cremona minn naħa tiegħu żied jgħid li d-droga kienet fil-karozza b’minuri preżenti. “Il-preżenza tal-minuri tagħmilha aktar gravi, qalet lill-pulizija li ma tmurx l-iskola għax ma titħalliex tpejjep hemm,” reġgħet qalet lill-Qorti l-Ispettur Zerafa.

Grech, li qal lill-Qorti li kien bla xogħol, qabel kien tpoġġa taħt probation għal sentejn u mmultat €400 f’Ottubru li għadda, wara li nstab ħati talli hedded lill-eks sieħba tiegħu. Huwa kien ingħata wkoll ordni ta’ trattament biex jindirizza l-problemi tiegħu fil-ġestjoni tar-rabja u l-abbuż tad-droga.

Kundanna oħra preċedenti tiegħu, talli ħabat ma’ karozza oħra waqt li kien qed isuq fis-sakra, kienet ġiet appellata minħabba li l-qorti tal-maġistrati ma kinitx semmiet l-artikoli tal-liġi li kien qed jinstab ħati bihom fil-parti t-tajba ta’ dik is-sentenza u sussegwentement reġa’ ġie pproċessat.

Il-proċess mill-ġdid tiegħu kien intemm b’liberazzjoni minħabba li l-prosekuzzjoni kienet naqset milli tesibixxi kemm ir-rapport tal-breathalyser kif ukoll ir-rapport oriġinali tal-inċident imfassal mill-uffiċjali. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest, fid-dawl tar-reati serji li kienu qed jiġu akkużati bihom id-difensi.

L-Avukat Jacob Magri assista lil Grech u Borg. L-Avukat Shaun Zammit irrappreżenta lil Micallef. L-Avukat Matthew Xuereb assista liż-żagħżugħa ta’ 14-il sena.