Lokali Qorti

Ħabib tal-vittma Kolumbjana ma rċieva l-ebda messaġġ mingħandha bħas-soltu ftit sigħat qabel inqatlet

Raġel mill-Pakistan ħabib tal-qalb u li kien għadu kif beda’ relazzjoni ma’ mara Kolumbjana li nqatlet xahrejn ilu fl-appartament tagħha stess b’dieqa qal lill-Qorti li filwaqt li Sandra Milena Ramirez kienet dejjem tibgħatlu messaġġ meta tispiċċa mix-xogħol, ftit sigħat qabel ma nqatlet naqset milli tagħmel dan u meta pprova jaqbadha fuq whatsapp u anke fuq il-linja diretta, kollox kien qed jindika li l-mobile tagħha kien mitfi.

Dan ħareġ l-Erbgħa wara nofs inhar hekk kif fil-Qorti kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Fabian Garcia Parada mixli bil-qtil ta’ Sandra Milena Ramirez, quddiem il-Maġistrat Monica Vella.

Ramirez, Kolumbjana ta’ 43 sena, instabet mejta fis-sodda fejn allegatament qalgħet 26 daqqa ta’ sikkina fl-appartament taghha stess fi Triq Sir George Borg, tas-Sliema, minn dak li kien l-eks sieħeb tagħha. Il-qtil kien seħħ fit-13 ta’ Jannar li għadda u kien it-tieni wieħed ta’ din is-sena.

Umair Khairat, ħabib tal-vittma qal fil-Qorti li kellu relazzjoni magħha u li din iżda kienet għadha fi stabju bikri u ta’ ħbiberija. Tenna li kienu jitkellmu ta’ spiss permezz ta’ whatsapp b’mod partikolari filgħaxija. Ir-raġel li hu mill-Pakistan qal li l-vittma kienet tibgħatlu messaġġ kif tispicca mix-xogħol u fit-12 ta’ Jannar ma kien irċieva l-ebda messaġġ.

Sostna li dan ma kienx normali u għalhekk iddeċieda li jċempilla fuq whatsapp u fuq il-linja diretta tal-mobile, liema telefonati qatt ma twieġbu għax l-mobile tagħha beda jindika li kien mitfi. Sadanittant il-prosekuzzjoni infurmat lill-qorti li l-xhud jixtieq li jħur lill-familja tiegħu fil-Pakistan.

Hi infurmat lill-Qorti wkoll li ħadd jista’ jżommu milli jibqa’ Malta, la l-Avukat Ġenerali u l-anqas il-Ħulizija m’għandha din l-awtorità. Id-difiża minn naħa tagħha qalet li filwaqt li jifhmu li x-xhud ma jistax jinżamm milli jitlaq mill-gżejjer Maltin madanakollu hi ma tistax tagħti garanzija illi fil-futur, wara iżjed provi li jinġiebu, ma jkunx hemm mistqosijiet ulterjuri xi jsiru lil dan ix-xhud.

Xhedu wkoll is-Surġenti Josef Gerada u Gary Scerri. Gerada qal li mill-analiżi li saru fuq il-post, il-camera tas-sigurta’ indikat li fis-6am. deher persuna maskili ħiereġ mir-residenza tal-vittma. L-istess persuna deher jaqbad il-mobile jippanikja u jitlaq jiġri minn fuq il-post.

Is-Surġent Gerada qal li fir-residenza instabet irċevuta minn stabbiliment kbir f’ Hal Qormi. L-irċevuta kienet tindika li inxtraw żewgt iflixken inbid u sikkina. Dan kien ikkonfermat mill-filmati tas-CCTV li elevat il-pulzija mill-istabilliment, bl-akkużat jidher jixtri żewħ flixken inbid kif ukoll sikkina.

Is-Surgent Scerri qal li flimkien mal-Maġistrat Lara Lanfranco, semgħu x-xhieda ta’ sitt persuni inkluż żewġ ħbieb tal-vittma kif ukoll tal-akkużat. Quddiem il-Maġistrat Monica Vella, instemgħet ukoll ix-xhieda tas-sid tal-appartament li l-vittma u l-akkużat kienu jirrisjedu fih.

Hu qal li matul l-aħħar sena huwa żar il-propjetà darbtejn u ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-koppja kienu għaddejjien minn xi diżgwid. Il-kumpilazzjoni mistrnnija tkompli fis-16 ta’ April fil-11:15am Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, Kaylie Bonett u Ramon Bonett Sladden, u l-Ispetturi Wayne Camilleri u Micheal Vella.

Ghall-akkużat qed jidhru l-Avukati Josè Herrera, Matthew Xuereb u Yanika Bugeja. L-Avukati Arthur Azzoppardi, Jacob Magri u Frank Tabone qed jidhru għall-familja tal-vittma.