Sport Sport Ieħor

Hockey: Rebħa importanti għal Żurrieq Wolves Hotsticks kontra Qormi

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks komplew iżommu t-tamiet li jirbħu l-kampjonat Nazzjonali tal-Hockey meta fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin, għelbu lil Qormi Daikin 2-1.

Qormi marru fil-vantaġġ permezz ta’ Shawn Dimech, iżda Żurrieq kienu determinati li jdawru l-iskor favur tagħhom hekk kif Keith Scicluna u Jonathan Borg skorjaw il-gowls rebbieħa. .

F’logħba emozzjonanti mill-Hockey 7s, Floriana Young Stars kisbu l-ewwel rebħa tagħhom wara li għelbu lil Rabat 4-3.

Andrew Camilleri skorja żewġ gowls, filwaqt li Craig Briffa u Cillian Waterson skorjaw għal Floriana. Rabat naqqsu l-iskor permezz ta’ żewġ gowls ta’ Jason Vella u gowl ieħor ta’ Justine Pace Gasan.