Kummerċ Lokali

HSBC Malta b’attività esklussiva mal-ekonomista James Pomeroy

Geoffrey Fichte (lemin), CEO ta’ HSBC Malta jintroduċi l-Ekonomista tal-Grupp HSBC James Pomeroy (xellug)

HSBC Bank Malta temm b’suċċess l-avveniment annwali u presitġjuż, dak ta’ Business Breakfast esklissiv li din is-sena kellu s-sehem bi preżentazzjoni informattiva tal-ekonomista tal-Grupp HSBC, James Pomeroy. Dan l-avveniment kien immirat lejn il-klijenti tal-Bank u ffoka fuq l-ekonomija globali fl-2024 u lil hinn.

James Pomeroy ta lill-parteċipanti kollha l-għarfien siewi tiegħu dwar l-istat attwali u d-direzzjoni futura tal-ekonomija globali. L-analiżi ta’ Pomeroy kienet tinkludi l-fatturi l-aktar kritċi li preżentament qed jaffettwaw id-dinja. Dawn jinkludu d-dinamika tal-kummerċ, ir-rati tal-inflazzjoni u t-traettorja tal-prezzijiet tal-komoditajiet.

Waqt li kien qed jirrifletti dwar din iż-żjara tiegħu f’pajjiżna, Pomeroy irrimarka, li “minħabba l-ambjent ekonomiku kumpless li ninsabu fih, huwa aktar importanti minn qatt qabel li niddiskutu u nifhmu x-xejriet fit-tul li qed isawru l-ekonomiji tagħna fuq livell globali.”

Il-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC f’Malta, Geoffrey Fichte, ikkummenta dwar l-isforz kontinwu tal-Bank biex jagħti s-setgħa lill-klijenti kollha tiegħu, b’għarfien ekonomiku u strateġiku: “Il-fatt li stedinna lil James Pomeroy f’Malta, jikkonferma l-impenn u l-wegħda tagħna li nżommu lill-klijenti ta’ HSBC aġġornati u minn ta’ quddiem fil-ħsieb ekonomiku globali.

L-għarfien espert tiegħu joffri perspettivi imprezzabbli li jgħinu fil-mod ta’ kif wieħed għandu jmexxi fiż-żminijiet imqallba u sabiex ilkoll nidentifikaw opportunitajiet ta’ tkabbir.

Jesmond Apap, il-Kap tas-Swieq Globali f’HSBC Malta, tkellem u rrimarka dwar ir-rispons pożittiv li kien hemm għal dan l-avveniment: “L-għarfien li qasam magħna James, jirriflettu l-ħtieġa tal-klijenti tagħna sabiex jibqgħu minn ta’ quddiem fis-suq. Dawn it-tip ta’ avvenimenti huma integrali biex tissaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta fix-xenarju finanzjarju globali.”

Iż-żjara ta’ James Pomeroy f’Malta għenet ukoll sabiex inżammu laqgħat individwli bejn l-ekomoista, l-għola uffiċjali ta’ HSBC f’Malta u l-klijenti korporattivi ewlenin tal-Bank. Fl-istess waqt din ż-żjara rawmet ambjent kollaborattiv għal strateġiji ekonomiċi mfassla apposta.