Graziella Attard Previ, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ qalet fil-parlament li Il-gvern għandu jinvesti fil-work life balance u mhux jagħti biss il-minimu.
Graziella Attard Previ tkellmet dwar Jum il-Mara u qalet li għad hemm inugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. In-nisa f’familja moderna qed jippreferu li jkollhom inqas tfal u qed jgħidu li jridu jkollhom biss wild wieħed.
Il-mara baqgħet iġorr il-puiż tar-rwol li tieħu ħsieb il-fmailja u d-dar anki jekk din taħdem. Dan iżommha lura milli timpenja lilha nnfisha f’postijiet tax-xogħol impenjattiv. Hemm ukol ir-realtà li Malta għandha l-inqas rata ta’ twelid fl-Ewropa.
Id-deputat Nazzjonalista tkellmet fuq id-diffikultajiet tan-nisa li jaħdmu u r-responsabbiltajiet tal-familja u appellat biex ikun hemm iktar leave biex in-nisa jkunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom. Il-PN kien appella biex il-Work Life Balance kif proposta mill-gvern tkun emendata għaliex il-gvern kien mar biss għall-minimu.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-gvern mhux jinvesti biżżejjed fil-familji Maltin u qalet li dan qed iġib diffikultajiet għall-familji u għas-soċjetà. Il-miżuri li daħħal il-gvern mhumiex effettivi għaliex mhumiex biżżejjed biex il-familji kwalità ta’ ħajja ta’ livell.
Graziella Attard Previ qalet li l-PN jirrikonoxxi l-importanza tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja u kien ressaq mozzjoni kif għandha tkun ir-ruħ soċjali tal-gvern. Il-familja hi l-ikbar riżorsa li għandu l-pajjiż, sostniet id-deputat Nazzjonalista.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li t-titjib fil-Work Life Balance hi investiment li għandu jinġarr kollu mill-gvern. Hi semmiet il-proposti li kien ressaq il-PN dwar il-leave tal-paternità, il-leave tal-ġenituri u tal-carers u servizzi anki għal dawk li jaħdmu għal rashom.
Jirriżulta li hemm 180 applikazzjoni pendenti ta’ studenti li qed jistennew LSC, bl-aktar waħda antika tmur lura għal Ottubru 2022. Dawn huma tfal li ilhom sena u nofs jistennew li jingħataw għajnuna fil-klassi għaliex għandhom diffikultajiet li jitgħallmu, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li semmiet ukoll l-inkwiet li jkollhom il-ġenituri ta’ dawn it-tfal. Hi appellat biex ikun analizzat għaliex il-karriera ta’ LCS mhux tattira persuni lejha. Sakemm isir dan il-problema għandha tkun trattata b’mod immedjat biex it-tfal jingħataw l-għajnuna meħtieġa fil-klassi fl-iqsar żmien.