L-għaqda volontarja Innovative Youth se torganizza proġett kofinanzjat minn fondi Ewropej flimkien mal-assoċjazzjoni IVAIGO tal-Litwanja u l-assoċjazzjoni Be-Creative tal-Iżvezja.
Fi tmiem il-ġimgħa saret laqgħa tal-koordinaturi tal-proġetti f’Malta hekk kif it-tnedija ta’ dan il-proġett ikkoinċidiet mal-Jum Internazzjonali tal-Mara.
“Empowering Women: Building leadership and advocacy skills for young Europeans” għandha l-għan li tagħti lok lin-nisa żgħażagħ Ewropej fejn jiżviluppaw il-ħiliet ta’ tmexxija u biex jipromwovu lilhom nfushom kif ukoll jitrattaw l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa.
Dan il-proġett se jinkludi workshop internazzjonali għall-iskambju ta’ esperjenzi fl-Iżvezja, programmi ta’ taħriġ lokali bi żjarat ta’ studju u skambju ta’ ideat kif ukoll konferenza tal-għeluq fil-Litwanja.
Fl-ewwel laqgħa li saret fl-10 ta’ Marzu 2024 fir-Rabat, Għawdex, iltaqgħu r-rappreżentanti tat-tliet organizzazzjonijiet sabiex jiġi ffinalizzat il-programm tal-attivitajiet. Għal din il-laqgħa attenda wkoll Kevin Apap rappreżentant tal- European Union Programmes Agency (EUPA) li hija l-aġenzija nazzjonali responsabbli mill-fondi.
Il-proġett għandu l-għan li jsaħħaħ il-ħiliet ta’ tmexxija tal-parteċipanti bil-għan li jiżviluppaw ħiliet ta’ tmexxija permezz ta’ taħriġ u mentoring, u b’hekk itejbu l-kapaċità tagħhom li jimmaniġġjaw proġetti ta’ ugwaljanza bejn is-sessi.
Għanijiet ewlenin oħra tal-proġett huma dawk li jissaħħu l-ħiliet ta’ promozzjoni, iżidu l-għarfien dwar kwistjonijiet ta’ sessi, jipproduċu materjali edukattivi, għarfien transkulturali u li jżidu l-viżibbiltà u l-għarfien ta’ temi li jinteressaw lin-nisa. Dan kollu bit-tama li jiġu stabbiliti kollaborazzjonijiet dejjiema fost organizzazzjonijiet għal sforzi kontinwu fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi.
//= $special ?>