“Tibqgħux tindaħlu”. Hija din it-theddida li għamel il-preżentatur Laburista Manuel Cuschieri lil diversi nies fin-negozju li, skont hu, qed jagħmlu pressjoni biex Joseph Muscat ma jikkontestax għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
Waqt xandira fuq Facebook mill-karozza tiegħu, Cuschieri insista li dawn in-nies qed jindaħlu biex Joseph Muscat ma jikkontestax. “Qed jindaħlu fejn ma jesagħhomx, fl-affarijiet interni tal-partit biex jikkonvinċu lil xi ħadd (mingħajr ma semma’ ismijiet) jagħmel pass lura milli jikkontesta”.
Cuschieri kompla bit-theddid: “Naf min huma, naf isimhom, naf kunjomhom, u naf x’qed jagħmlu”. Dan filwaqt illi ssokta jgħid li jekk għada jkollu aktar indikazzjonijiet dwar dan l-indħli, se jkun qed jikxef l-ismijiet ta’ dawn in-nies li għandhom negozju.
Il-forċina ta’ Muscat hedded ukoll lin-negozjanti bil-kliem “kunu preparati minn issa”.
//= $special ?>