Kummerċ Lokali

Konferenza mill-MAPFRE u l-BOV dwar il-benesseri u l-involviment tal-impjegati

Il-konferenza kienet indirizzata minn diversi mistednin distinti dwar iż-żamma tal-impjegati fil-post tax-xogħol

Il-MAPFRE u l-Bank of Valletta ssieħbu mal-Kamra tal-Kummerċ biex jorganizzaw konferenza li ddiskutiet il-benesseri tal-impjegati. Il-preżentazzjonijiet mogħtija b’mod kollettiv ikkontribwixxew għal diskussjoni interessanti dwar iż-żamma tal-impjegati fil-post tax-xogħol, f’konformità mal-missjoni u l-viżjoni tal-kumpanija sabiex ikun żgurat li l-impjegati jħossuhom integrati.

Ines da Silva, l-HR Chief Officer ta’ MAPFRE Malta, esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li tmexxi din il-konferenza, li matulha ngħaqdu esperti u stakeholders biex jindirizzaw kwistjonijiet kritiċi dwar il-benesseri tal-impjegati. Il-konferenza saret fil-Kamra tal-Kummerċ, ospitata mill-President tagħha Chris Vassallo Cesareo bis-sehem ta’ kumpaniji ewlenin f’Malta.

Etienne Sciberras, il-Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE MSV Life, enfasizza l-importanzi li jkun hemm approċċ olistiku lejn il-benesseri tal-impjegati. Id-dinja tax-xogħol tal-lum għandha element qawwi ta’ diversità u dan jitlob għal immaniġjar aktar proattiv tal-kapital uman. Benefiċċji tradizzjonali, bħalma huma saħħa, ħajja u pensjoni, iridu jkunu kkumplimentanti minn programmi ta’ banesseri li jinkludu fost l-oħrajn, inizjattivi fiżiċi, mentali u bilanċ bejn il-ħajja personali u x-xogħol. Dan iwassal għal titjib fl-involviment tal-impjegati fuq il-post tax-xogħol.

Ray Debattista, Chief People and Culture Officer tal-BOV, iffoka fuq l-importanza tal-ingaġġ tal-impjegati fi ħdan l-organizzazzjoni, u enfasizza l-impenn tal-Bank li jimplimenta strateġija li permezz tagħha l-impjegat jiġi l-ewwel. Huwa elenka wkoll il-benefiċċji li din l-istrateġija ssarraf fir-relazzjoni tal-impjegati mal-klijenti.

Debattista semma diversi inizjattivi fosthom l-isforzi tal-Bank biex ikompli jiżviluppa l-karriera tal-impjegati, u għadd kbir ta’ benefiċċji, kemm dawk finanzjarji kif ukoll dawk mhux finanzjarji. Huwa enfasizza wkoll li t-twaqqif ta’ programm ta’ benesseri ffukat, li jħares lejn l-impjegat b’mod individwali  u b’mod ħolistiku, filwaqt li jqis kemm is-saħħa mentali kif ukoll dik fiżika.

Fost l-esperti distinti li tkellmu, kien hemm Josef Said minn Expedition 42; Noel Debono mill-FHRD; Ines da Silva mill-MAPFRE; Joseph Camilleri minn Farsons; Fiona Spiteri, Kap tal-Kummerċ Korporattiv ta’ MAPFRE; Tonia Parascandalo, Lead tal-BOV Insurance Services & Pensions Unit; u Bernard Attard u Victoria Muscat minn PwC.

Il-panel ta’ diskussjoni kienet immexxija minn Mark Grech minn PWC u kellha l-parteċipazzjoni attiva ta’ Josef Said, Joseph Camilleri, Ray Debatista u Ines da Silva rispettivament.