It-Tmexxija Ukrena sejħet lir-Rappreżentant tal-Vatikan fi Kiev biex tesprimi ‘id-diżappunt tagħha’ wara li l-Papa Franġisku, waqt intervista lix-xandar Żvizzeru, RSI, qal li l-Ukrajna ‘għandha jkollha l-kuraġġ li ttella l-bandiera bajda’ …Kumment li sar jiem ilu u li jitqies bħala appell biex l-Ukrajna ċċedi lir-Russja, aktar minn sentejn wara li l-qawwiet tal-Kremlin invadewlha pajjiżha.
Ir-Rappreżentant tas-Santa Sede għall-Ukrajna huwa n-Nunċju Apostoliku Visvaldas Kulbokas u, fl-aħħar sigħat, il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, qal li s-sitwazzjoni għall-qawwiet tiegħu fil-kampijiet tal-battalja stabbilizzat ruħha wara xi disfatti militari.
Zelensky kompla li dan sar possibbli ‘minkejja li l-għajnuna lill-Ukrajna mingħand l-Alleati għadha sinifikament limitata’.
//= $special ?>