Lokali Qorti

Mixli li qabbad karozza f’Ħal Qormi

Raġel ta’ 44 sena minn Ħal Qormi wieġeb mhux ħati li fis-27 ta’ Frar ta n-nar karozza misruqa minn Ħal Qormi stess.

Darren Spiteri ġie mixli quddiem il-Magistrat Charmaine Gauci, bil-prosekuzzjoni tgħid li l-akkużat ġie identifikat minn cameras tas-sigurta’ meta daħal jixtri flixkun birra minn ħanut tal-ħelu.

Il-pulizija qalu li għad-dispożizzjoni tagħhom għandhom ukoll filmati tal-akkużat jagħti n-nar lill-istess vettura. L-avukati difensuri talbu għal ħelsien mill-arrest, bil-prosekuzzjoni toġġezzjona bil-qawwa kollha minħabba li l-fedina penali mhux waħda netta.

Id-difiza qalet li l-Pulizija għandha fil-pussess tagħha l-filmati, u għalhekk m’hemm l-ebda biża’ ta’ kontaminazzjoni ta’ provi. Il-Qorti qablet u ċaħdet it-talba.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Joseph Camilleri Azarov mill-uffiċċju tal-avukat ġenerali, flimkien mal-Ispetturi Jeffrey Scicluna u Keith Rizzo. Għall-akkużat dehru l-avukati Alfred Abela u Rene Darmanin.