Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “L-istorja tal-waħx hija l-ħrafa ta’ tfulitna” – Anton Grasso

Għas-sitt episodju ta’ din is-sena il-programm PROFILI, se jkun qed ilaqqana’ ma’ Anton Grasso.

Il-ġrajjiet minn fomm il-kittieb se jkunu qed jieħdu lill-pubbliku f’dimensjoni differenti, b’min xi darba qara l-kotba ta’ Grasso se jkun qed jara similitudni f’dak li xi darba qara, mal-awtur.

Jispikka r-rakkont tal-kittieb, ir-rabtiet mal-familja tiegħu u kemm Anton Grasso huwa pijunier fl-istorja tal-waħx f’pajjiżna.

PROFILI għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela.

PROFILI llejla fit-8.30pm fuq Net Television.