Raġel ta’ 55 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, qed jissielet għal ħajtu wara li ħabat fi propjetà privata.
L-inċident seħħ l-Erbgħa filgħodu għall-ħabta tat-8.15am fi Triq l-Imħażen, il-Floriana.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-karozza li kien qiegħed isuq bil-konsegwenza li kellu impatt ma’ propjetà privata.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti fejn ftit tal-ħin wara r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>