Internazzjonali

Stati Uniti: Trump u Biden huma r-rappreżentanti uffiċjali tal-partiti tagħhom għall-Presidenza

Issa konfermata li l-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump u l-President tal-Istati Uniti Joe Biden se jkunu qed jikkontestaw għall-Presidenza. Dan wara li fl-aħħar sigħat Trump rebaħ biżejjed delegati sabiex ikun ir-rappreżentant għar-Repubblikani fejn din se tkun it-tielet elezzjoni konsekuttiva tiegħu.

U għalhekk huwa se jingħaqad ma’ Joe Biden li huwa r-rappreżentant għall-Partit Demokratiku; kampanja sabiex wieħed minnhom jispiċċa fil-White House.

Din se tkun l-ewwel darba mill-1956 li żewġ Presidenti se jkunu qed jikkontestaw għall-Presidenza tal-Istati Uniti.

Intant, wara li Trump ġie kkonfermat bħala r-rappreżentant tar-Repubblikani permezz ta’ stqarrija l-President Joe Biden qal li issa l-votanti għandhom għażla li se jiddetermina l-futur tal-Istai Uniti.