Lokali

Ir-relikwa bid-demm ta’ San Franġisk fil-Knisja Ta’ Ġieżu

Nhar il-Ġimgħa l-Kurċifiss Mirakoluż fil-Knisja Ta’ Ġieżu se jitniżżel viċin l-artal maġġur biex ikun espost għall-pubbliku filwaqt li se tkun esposta wkoll ir-relikwa tad-demm ta’ San Franġisk. Dan se jsir bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tat-800 sena minn meta San Franġisk irċieva l-pjagi fuq il-muntanja La Verna.

Ritratt: Matthew Tabone

Tul il-jum tal-Ġimgħa se tkun qed tiġi ċċelebrata quddiesa kull siegħa mis-sebgħa ta’ filgħodu sa nofsinhar waqt li l-quddiesa tal-10am se tkun iċċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna nnifsu. Imbagħad, il-Knisja tibqa’ miftuħa għat-talb sat-8pm.

Ritratt: Matthew Tabone

Patri Ramon Farrugia spjega lil Net News li barra minn hekk se tkun esposta wkoll ir-relikwa tad-demm ta’ San Franġisk bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tat-800 sena minn meta San Franġisk irċieva l-pjagi fuq il-muntanja La Verna.

Ritratt: Matthew Tabone

Din ir-relikwa tinsab f’idejn il-Provinċja, nġiebet Malta mill-Italja fejn hu kien jgħix u se titpoġġa’ flimkien mal-kurċifiss mirakoluż għall-adorazzjoni tul il-jum kollu tal-Ġimgħa sabiex dawk kollha preżenti jkollhom l-opportunità li jaraw mill-viċin dawn l-oġġetti sagri u devozzjonali.