Futbol Sport

UCL: Atletico Madrid jeliminaw lil Inter wara l-għoti tal-penalties… Dortmund jikkwalifikaw ukoll

Ritratt: EPA

Atletico Madrid għamluha għall-kwartifinali tal-UEFA Champions Leauge meta għelbu lil Inter wara l-għoti tal-penalties. Federico DiMarco poġġa lil Inter fil-vantaġġ qabel gowls minn Antoine Griezmann u Memphis Depay sfurzaw il-ħin barrani. Bl-iskor aggregate jintemm 2-2, il-partita marret għall-penalties.

Għal Inter skorjaw Hakan Calhanoglu, Ricardo Riquelme, u fallew Alexis Sanchez u Davy Klassen u Lautaro Martinez.

Għal Atletico Madrid skorjaw Memphis Depay, Ricardo Riquelme, Andrea Correa u falla Saul Niguez

Borussia Dortmund huma fil-kwartifinali meta rebħu bl-iskor ta’ 2-0 u skor aggregate ta’ 3-1. Kien Jadon Sancho li fetaħ l-iskor wara żewġ minuti qabel kien Marco Reus li fil-95 minuta issiġilla r-rebħa u l-kwalifikazzjoni għal Dortmund.

Illum: A.Madrid v Inter 2-1 (5-4), B.Dortmund v PSV 2-1 (3-1)