Internazzjonali

Unjoni Ewropea: Approvata l-ewwel liġi komprensiva fid-dinja dwar l-Artificial Intelligence (AI)

 

Il-Parlament Ewropew approva l-ewwel abbozz komprensiv ta’ regoli intiżi biex jillimitaw is-sogri mis-settur tal-Artificial Intelligence (AI)…Settur li kiber u żviluppa bil-kbir tul l-aħħar xhur u li, minkejja l-profitti enormi, qed iqajjem inkwiet dwar aspetti ta’ privatezza, tipi ta’ favoritiżmu u anki l-futur tal-umanità kif nafuha llum.

Fil-fatt, l-abbozz – jew l-AI – għandu jikklassifika l-prodotti skont l-element ta’ sogru involut u b’kull prodott ikun jirrikjedi anki livell ta’ skrutinju.

Għaldaqstant, in-nies li xprunaw il-liġi qalu li din għandha taċċerta li t-teknoloġija għolja partikulari tkun aktar disposta ‘favorevolment’ lejn il-bniedem filwaqt li tintuża għall-aktar proġetti utli.

Numru ta’ MEPs  qablu li l-abbozz għall-AI ma jridx jitqies bħala ħaġa konklussiva iżda sempliċi ‘bidu għal governanza ġdida bażata fuq it-teknoloġija’.

Fl-istess ħin – u b’dan l-abbozz – l-Unjoni Ewropea qed toħroġ bħala protagonista fl-isforzi globali biex jindirizzaw il-perikli assoċjati mal-AI.

Enza Iannopollo, l-anlista prinċipali ma’ Forrester, il-kumpannija li toffri servizzi ta’ riċerka, qalet li l-addozzjoni tal-‘AI Act’ timmarka l-bidu ta’ era ġdida relatata mal-Artificial Intelligence. Hi spjegat li ‘wieħed ma jistax jenfasizza biżżejjed l-importanza ta’ dan l-abbozz li hu l-uniku wieħed li tassew jillimita l-kunċett tas-sogru minn dak is-settur’.