Futbol Sport

Faċli għal Liverpool, West Ham u Milan fl-Europa League, Aston Villa u Fiorentina javvanzaw fil-Conference League

(Ritratt: EPA)

Liverpool għelbu lil Sparta Prague f’Anfield bl-iskor faċli ta’ 6-1 biex b’hekk ikkwalifikaw b’aggregate ta’ 11-2. Għat-tim immexxi minn Jurgen Klopp, skorjaw Darwin Nunez, Bobby Clark, Mohamed Salah, doppjetta ta’ Cody Gakpo u Dominik Szoboszlai, filwaqt li Veljko Birmancevic naqqas l-iskor għal Sparta Prague.

Rebħa faċli wkoll ta’ 3-1 għal Milan barra minn darhom kontra Slavia Prague, biex b’hekk avvanzaw b’aggregate ta’ 7-3. Slavia Prague sfaw jilagħbu bi plejer anqas wara 20 minuta wara li tkeċċa Tomas Holes. Milan skorjaw tliet darbiet sa tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Christian Pulisic, Ruben Loftus-Cheek u Rafael Leao. Slavia Prague rrispondew fl-84 minuta permezz ta’ Matej Jurasek.

Wara li kienu megħluba bl-iskor ta’ 1-0 fl-ewwel leg, West Ham wettqu rimonta mill-aqwa u kisbu rebħa ta’ 5-0 f’darhom fuq Freiburg. Il-gowls ta’ West Ham kienu skorjati minn Lucas Paqueta, Jarrod Bowen, Aaron Cresswell u doppjetta ta’ Mohammed Kudus.

Roma wkoll għamluha għall-fażi li jmiss minkejja li fit-tieni leg kienu megħluba 1-0 minn Brighton, u kkwalifikaw b’aggregate ta’ 4-1. Il-gowl uniku fit-tieni leg kien skorjat minn Danny Welbeck.

Fil-Conference League, Fiorentina kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Maccabi Haifa iżda xorta waħda avvanzaw b’aggregate ta’ 5-4. Antonin Barak poġġa lil Viola fil-vantaġġ fid-59 minuta qabel ma’ Anan Khalaili ġab l-iskor indaqs fit-88 minuta.

Aston Villa wkoll għamluha għall-fażi li jmiss meta bl-aktar mod komdu għelbu lil Ajax 4-0 wara li fl-ewwel leg f’Amsterdam, il-partita ntemmet fi draw ta’ 0-0. Il-gowls għat-tim ta’ Unai Emery kienu skorjat minn Ollie Watkins, Leon Bailey, Jhon Duran u Moussa Diaby.

UEFA EUROPA LEAGUE
Illum

Rangers v Benfica 0-1
S.Prague v Milan 1-3
Villarreal v Marseille 3-1
West Ham v Freiburg 5-0
Atalanta v Sporting 2-1
B.Leverkusen v Qarabag 3-2
Brighton v Roma 1-0
Liverpool v S.Prague 6-1

UEFA CONFERENCE LEAGUE
Illum

Fenerbache v U.St Gilloise 0-1
Fiorentina v M.Haifa 1-1
PAOK v D.Zagreb 5-1
V.Plzen v Servette 0-0
A.Villa v Ajax 4-0
C.Burgge v Molde 3-0
Lille v S.Gruz 1-1
M.Tel Aviv v Olympiacos 1-6 aet