Il-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti għaddiet abbozz ta’ liġi li jista’ jwassal għall-projbizzjoni ta’ TikTok f’kull stat.
Dan l-abbozz qed jinsisti sabiex il-kumpanija Ċiniża ByteDance, li hija s-sid tal-pjattaforma TikTok, tbigħ l-ishma tagħha fi żmien sitt xhur. Jekk dan ma jsirx ser tiffaċċja projbizzjoni fl-Istati Uniti.
Leġiżlaturi Amerikani semmew tħassib dwar l-influwenza taċ-Ċina u s-sigurtà tad-data bħala r-raġuni prinċipali għal dan l-abbozz, filwaqt li l-President Joe Biden indika l-appoġġ tiegħu għal din il-liġi.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ TikTok, Shou Zi Chew, wissa li l-abbozz jista’ jpoġġi eluf ta’ impjegati Amerikani f’riskju.
//= $special ?>