Fil-Vitality Stadium, Bournemouth kisbu rebħa drammatika ta’ 4-3 fuq Luton Town.
Rebħa inkredibbli għal Bournemouth li minn 3-0 minn taħt skorjaw erba’ darbiet fit-tieni taqsima biex fil-klassifika telgħu fit-13-il post, daqs Fulham b’35 punt. Fid-disa’ minuta Luton fetħu l-iskor permezz ta’ Tahtih Chong li minn azzjoni ta’ Jordan Clark għeleb lil Neto.
Fil-31 minuta kien Chiedozie li minn pass ta’ Alfie Daughty irdoppja għal Luton. Ebda reazzjoni minn Bournmouth li fil-45 minuta sofrew it-tielet gowl wara li minn azzjoni ta’ Issa Kabore, Ross Barkley għeleb mill-ġdid lil Neto għal 3-0. Fit-tieni taqsima reazzjoni minn Bournemouth. Fil-50 minuta l-iskor sar 3-1 permezz ta’ Dominic Solanke li minn pass ta’ Chris Mepham għeleb lil Thomas Kaminski.
Kibret il-pressjoni tant li f’żewġ minuti għamlu l-iskor 3-2. Fit-62 minuta kien Illia Zabarny li għeleb lil Kaminski għal 3-2 sabiex żewġ minuti wara minn azzjoni ta’ Ryan Christie kien Antoine Semenyo li għamel l-iskor 3-3.
Aktar pressjoni minn Bournemouth li minn 3-0 minn taħt fl-84 minuta saħansitra marru 4-3 fil-vantaġġ, għal darb’oħra permezz ta’ Antoine Semenyo li minn azzjoni ta’ Enes Unal għeleb mill-ġdid lil Thomas Kaminski għal rebħa inkredibbli.
//= $special ?>