Ħaddiem qed isofri minn xi ġrieħi wara li waqa’ minn għoli waqt li kien qed jaħdem fuq koppla tal-Knisja ż-żgħira f’Bormla għall-ħabta tal-10:30am.
Fil-post issejħu membri tal-Potezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-ħaddiema wara li waqa’ għoli ta’ inqas minn sular minn fuq l-iscaffolding u seta’ biss jinħareġ permezz ta’ vettura tal-Protezzjoni Ċivili.
Net News jinsab infurmat li l-ħaddiem huwa Albaniż.
Preżenti kien hemm ukoll tim mediku li wara li tawh l-ewwel għajnuna, huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>