Ton Ton Laferla Insurance kiseb l-ewwel rebħa tas-sena, meta r-Royal Malta Yacht Club organizza l-aħħar tiġrija tas-Serje tax-Xitwa, li kienet mifruxa fuq tliet taqsimiet.
Is-Serje rat flotta ta’ daqs tajjeb tikkompeti fi tlielaq qosra. Ton Ton Laferla kiseb ir-rebħa b’punt vantaġġ fuq Pep ta’ Mark Camilleri, li b’mod konsistenti kienu wara Ton Ton matul is-Serje kollha.
Fit-tielet post, u l-ewwel fil-Klassi Cruisers kien il-jott Pippus ta’ David Anastasi, li ddebutta fil-flotta tat-tlielaq tal-Club.
Is-Serje rat l-inklużjoni tal-flotta SB20, klassi ta’ dgħajjes b’disinn wieħed li rat żieda fl-interess u parteċipazzjoni minħabba l-antiċipazzjoni tal-Kampjonati Ewropej, li din is-sena ser isiru f’Malta f’Settembru.
Matul is-Serje, Sayonara Baby ta’ Craig Farrugia Vella kien konsistenti, iżda sfortunatament il-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp fl-aħħar jum tas-serje, ikkawżat li t-tlielaq jiġu kkanċellati. .
Il-Club qed iħejji għar-Regatta li jmiss li se ssir f’ Għawdex bejn is-16 u d-19 ta’ Marzu, u l-ewwel tiġrija offshore, l-International Yacht Paints Marzamemi Regatta li se ssir f’Mejju .
//= $special ?>