Internazzjonali

Il-Libja: Għexieren ta’ immigranti mejtin fi traġedja oħra fuq il-baħar

Ir-rapporti li deħlin bħalissa qalu li ‘il fuq minn 60 immigrant tilfu ħajjithom meta d-dinghy li kienu qed jivvjaġġjaw biha fil-Mediterran żviluppa l-problemi fil-magna.

L-immigramnti kienu telqu minn Zawiya, viċin il-kosta tal-Libja u mifhum li kienu ilhom jivvjaġġaw fil-baħar għal talanqas ġimgħa.

Sadanittant, madwar 25 immigrant fuq id-dinghy kienu salvati mill-bastiment ‘ Ocean Viking’ tal-grupp umanitarju  SOS Méditerranée.

Sar magħruf ukoll li l-magna tad-dinghy żviluppat il-ħsarat irreparabbli tlett ijiem wara li l-immigranti kienu telqu mil-Libja…B’konsegwenzsa ta’ dan, id-dinghy damet il-ġranet għaddejja bla kontroll mill-Mediterran u bl-immigranti jbatu bil-kbir mill-ġuh u n-nuqqas tal-ilma.