Lokali

INKJESTA JEAN PAUL SOFIA: Illum tiġi diskussa fil-Parlament il-mozzjoni ta’ sfiduċja mressqa mill-PN

Edizzjoni speċjali ta' NETLIVE mill-4:30pm 'il quddiem

Illum fl-4:30pm, tibda d-diskussjoni fil-Parlament dwar il-mozzjoni li ressaq il-Kap tal-PN Bernard Grech sabiex tintrefa’ responsabbiltà politika wara l-konklużjonijiet tal-Inkjesta Pubblika dwar il-każ traġiku taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia.

Il-ħames punti li joħorġu mill-mozzjoni huma li:

  1. Il-Parlament jiskuża ruħu mal-ġenituri wara l-vot li ttieħed f’Ġunju li għadda kontra li ssir Inkjesta Pubblika;
  2. Il-Parlament jadotta r-rapport sħiħ li ġie ppubblikat;
  3. Il-Parlament jagħmel tiegħu dak li rrakomandat l-Inkjesta Pubblika u jesiġi li jiġu implimentati fi żmien sitt xhur;
  4. Sabiex ikun assigurat li l-affarijiet jimxu ‘l quddiem, kull erba’ ġimgħat il-Gvern għandu jippreżenta rapport ta’ dak li nbidel;
  5. Il-Kamra tiċċensura u tesprimi l-isfiduċja fit-tliet Ministri li b’xi mod jew ieħor instabu ħatja ta’ involviment – Silvio Schembri, Miriam Dalli u Stefan Zrinzo Azzopardi.

Il-Partit Nazzjonalista qed jibqa’ jinsisti biex dawk li kellhom sehem fit-traġedja ta’ Jean Paul Sofia jerfgħu r-responsabbiltà politika minflok jibqgħu jinsulentaw l-intelliġenza tan-nies.