Il-President tar-Russja Vladimir Putin enfasizza li l-gwerra fl-Ukrajna għandha teskala ‘għall-agħar livell possibbli’ f’sitwazzjoni fejn l-AlleanZa tan-NATO tibgħat it-truppi tagħha fl-artijiet Ukreni. U t-theddid ta’ Putin mill-ġdid trattaw l-aspett nukleari, bil-Mexxej Russu, waqt intervista lit-Televiżjoni tal-Istat, jgħid li pajjiżu għandu l-armi ‘aktar avvanzati’ minn tal-Istati Uniti.
Fl-istess ħin, Putin għamilha ċara li r-Russja, jekk hemm bżonn, anki tinsab lesta biex tużahom ‘minn perspettiva militari jew teknika’. Dan meta l-ideoloġija militari tal-Kremlin tippermetti l-użu ta’ dawn l-armi għall-qerda massiċċa f’sitwazzjonijiet ‘fejn l-eżistenza tal-Istat, flimkien mas-sovranità u l-indipenzenza tar-Russja ikunu qed jiffaċċjaw theddida ċara u imminenti.’
Intant, Putin insista li r-Russja ma kellha qatt il-ħtieġa li tuża l-armi nukleari fl-Ukrajna. Hu żied li l-Istati Uniti taf sew li r-Russja għandha tqis kull preżenza ta’ truppi Amerikani ‘fl-artijiet Russi u tal-Ukreni’ bħala dikjarazzjoni ta’ gwerra min-naħa ta’ Washington. Putin żvela wkoll li jrid jibgħat it-truppi tiegħu lejn il-fruntiera mal-Finlandja minbarra li kritika d-deċiżjoni ta’ Ħelsinki u l-Isvezja biex jissieħbu fin-NATO.
//= $special ?>

