Lokali Qorti

Jammetti li kkaġuna ġrieħi gravi fuq mara

David Sasay, Ġermaniż ta’ 21 sena li m’għandux indirizz fiss f’Malta u għandu problemi tal-alkoħol, ammetta li ħebb u kkaġuna ġrieħi gravi fuq mara fil-Belt Valletta, mingħajr il-ħsieb li joqtolha jew li jqiegħed il-ħajja tagħha f’periklu. Sasay ġie mixli wkoll li għex ħajja ta’ għażż u vagabondaġġ u li ma kellux meżżi biex isostni lilu nnifsu.

Il-difiża qalet li r-reat inqabad sew fuq il-filmati tal-cameras tas-sigurtà, għalhekk f’dan l-istadju ma tikkontestax il-validità tal-arrest. Qabel bdiet is-seduta, il-partijiet tħallew jersqu lejn il-bank tal-maġistrat, fuq talba tal-avukat difensur Ilona Schembri.

Sasay wieġeb ħati tal-akkużi, u kkonferma l-ammissjoni tiegħu tal-ħtija meta ngħata l-opportunità li jirtiraha. L-avukat tiegħu qalet lill-Qorti li mhux se jkun qed jibdel fehmtu dwar l-ammissjoni, fid-dawl tan-natura tal-provi u l-fatt li l-akkużat ma jiflaħx iħallas għall-ħatriet tal-esperti tal-qorti.

Waqt li għamel sottomissjonijiet dwar il-piena, il-prosekutur l-Ispettur Jurgen Dalli saħaq li l-unika piena li Sasay jista’ jirċievi hija sentenza ta’ ħabs, minħabba l-akkuża ta’ ħsara gravi fuq il-ġisem. Dalli irrikonoxxa li, min-naħa l-oħra, l-akkużat kien wieġeb ħati mal-ewwel opportunità u kien ikkopera mal-prosekuzzjoni.
Huwa ssuġġerixxa sentenza ta’ kustodja ta’ tul fil-minimu.

Għad-difiża, Schembri, ukoll irrakkomandat sentenza ta’ ħabs ta’ tul minimu, filwaqt li rrimarkat li l-inċident kien irreġistrat fuq CCTV u l-ammissjoni bikrija tal-ħtija ta’ Sasay evitat ħela inutli ta’ ħin tal-qorti.
L-avukat issuġġerixxit ukoll li l-Qorti tikkunsidra li timponi ordni ta’ trattament biex tindirizza l-problemi tar-raġel bl-alkoħol.

Fit-trattazzjoni għal piena, il-prosekuzzjoni qalet li piena karċerarja hija waħda idonja minħabba n-natura tal-ġrieħi. Minkejja dan, kompliet tgħid li peress li l-akkużat ammetta fi stadju bikri tal-proċeduri, il-piena għandha tkun minima.

Id-difiża qablet mal-prosekuzzjoni u ssuġġerixxiet li l-imputat jingħata wkoll trattament għall-vizzju tax-xorb. Il-Magistart Astrid May Grima se tagħti s-sentenza fil-21 ta’ Marzu.