Illejla l-Partit Nazzjonalista se jkun qed iressaq mozzjoni fil-parlament biex tiġi implimentata l-Inkjesta Pubblika kollha ta’ Jean Paul Sofia, imma mhux biss.
Permess ta’ video fuq il-paġna uffiċjali tiegħu ta’ Facebok, Bernard Grech, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, spjega li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jitlob lill-Gvern ta’ Robert Abela biex jagħmel apoloġija wara li dan l-istess Gvern ivvota kontra l-Inkjesta Pubblika.
Il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jitlob ukoll li r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Inkjesta Pubblika jkunu implimentati f’sitt xhur.
Il-mozzjoni se tkun qed titlob ukoll vot ta’ sfiduċja fi tliet ministri: Stefan Zrinzo Azzopardi, Silvio Schembri u Miriam Dalli.
//= $special ?>