Il-Għargħur se jibda jgawdi minn klinika ġdida wara nuqqas ta’ dan is-servizz għal snin sħaħ; klinika li ma setgħetx tkun possibli mingħajr id-determinazzjoni tal-Kunsill Lokali.
Dan il-proġett sar fuq insistenza tal-Kunsill Lokali mmexxi mis-Sindku Nazzjonalista Helen Gauci sabiex il-binja li qabel kienet ħanut tal-laħam, inbidlet fi klinika.
Proġett li ntlaqa’ ferm tajjeb mar-residenti hekk kif mistennija tibda topera mit-Tnejn sal-Ġimgħa u se toffri servizzi ta’ tabib tal-familja, infermieri, patoloġista tal-lingwa, u podjatrista.
Fuq talba ta’ diversi residenti, il-klinika ġiet dedikata għat-tabib Victor Theuma li kien ferm maħbub f’din il-lokalità wara s-snin ta’ servizz li ta.
Il-klinika ġdida kienet parzjalment iffinanzjata mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali.
//= $special ?>